Il-festa ta’ Santa Marija minn dejjem kienet popolari maghna l-Maltin, anzi marbuta ma’ l-istess storja ta’ pajjizna. Hija wahda mill-festi tradizzjonali fil-gzejjer tagħna u jekk hija festa popolari, ma jistax jonqos li tkun popolari fir-rahal ta’ Hal Ghaxaq li mill-ewwel zminijiet kellu u ghad ghandu lill-knisja Parrokkjali tieghu ddedikata lill-Marija Assunta.
Sa mill-1808, ir-rahal ta’ Hal Ghaxaq kellu l-istatwa ta’ Santa Marija. Tant il-festa ta’ Santa Marija kienet popolari f’ Hal Ghaxaq li hafna dilettanti tal-festa, waqt li kienu jiltaqghu go xi hanut tax-xorb, kienu jitkellmu fuq il-festa ta’ Santa Marija. Wiehed minn dawn il-hwienet kien jinsab wara l-knisja u nistghu nghidu li kien l-ewwel kazin tal-festa ta’ Santa Marija u sidu kien wiehed mid-dilettanti kbar tal-festa. Wara hafna snin jiltaqghu f’dan il-hanut, ghall-habta tas-sena 1873, dawn id-dilettanti hassew il-htiega li jsibu post aktar adattat u nstab post fil-pjazza tal-knisja. Dan il-post gie msejjah “Circolo La Stella” u hawnhekk gie ffurmat l-ewwel kumitat. F’dan il-post damu jiltaqghu sas-sena 1910, fejn minhabba li dan il-post sar zghir, bdew ifittxu post akbar. Instab post f’nru. 70 Triq Santa Marija fejn setghu jaghmlu kazin kbir u arjuz.
Meta bdiet l-ewwel Gwerra Dinjija, il-festa ta’ Santa Marija ma baqghetx issir però, xorta wahda kienu jaghmlu purcissjoni nhar il-15 ta’ Awissu. Wara li ghaddiet il-gwerra, ic-“Circolo La Stella” kien igib il-banda “tal-Palma” tal-Birgu biex iddoqq waqt il-purcissjoni, waqt li filghodu kien igib banda zghira (ta’ Indrì) biex iddoqq waqt it-Te Deum.
Ghalkemm ic-“Circolo” ma kellux banda tieghu, hafna soci kienu dilettanti kbar tal-banda u ghalhekk kienu jinzlu z-Zejtun biex jitghallmu xi strument mal-Banda Beland. Barra l-banda tal-Birgu, bdiet tingieb ukoll il-Banda Beland li kienet iddoqq quddiem l-istatwa tal-Madonna.
F’seduta generali tas-sena 1937, saret sejha lis-soci biex jinkitbu bhala bandisti ghall-banda li kienet ser tigi iffurmata u ghal din is-sejha 30 bandist, fosthom Guzeppi Abdilla, accettaw din is-sejha. L-istess Guzeppi Abdilla, li kien digà jaf it-teorija tal-muzika beda jghallem lill-bandisti dak li kellhom bzonn. Bhala l-ewwel Surmast intghazel Giuseppi Spiteri li ghalkemm kien joqghod iz-Zejtun kien Ghaxqi pur u bhala Assistent Surmast intghazel Guzeppi Abdilla. L-ewwel darba li daqqet il-banda kienet f’lejliet il-festa ta’ Santa Marija tas-sena 1935 ghall-marc tat-Te Deum u filghaxija sar l-ewwel programm fil-pjazza.
Matul il-gwerra, il-festa ma baqghetx issir b’ hafna cerimonji u minhabba li l-kazin kien maghluq, il-kumitat xolja. Wara l-gwerra, il-kumitat u l-kazin regghu bdew jiffunzjonaw u l-ewwel haga li ghamel dan il-kumitat kien li ghazel surmast gdid ghall-banda minhabba li s-Surmast Giuseppe Spiteri rtira u l-ghazla marret fuq is-Surmast Carmelo Baldacchino. Wara ftit xhur, dan is-surmast emigra lejn l-Awstralja u minfloku gie mahtur is-Surmast Guzeppi Marija Barbara.
Fis-sena 1947 gie mahtur is-Surmast Salvinu Fabri li baqà jmexxi din il-banda sa l-1973. Is-Surmast Fabri rrizenja minhabba sahhtu u minfloku lahaq is-Surmast Anthony Chircop li dam sentejn u meta spicca lahaq is-Surmast John J. Pace. Warajh il-banda tmexxiet mis-Surmast Herbert Pace, iben is-Surmast John J. Pace. Fis-sena 2008 il-banda bdiet tigi mmexxija mis-Surmast Jeremy Sultana, li kien ukoll l-Ass. Surmast ta' l-istess banda fi zmien is-Surmast Herbet Pace.
Kitba ta’ Nazzareno Agius mehuda mill-ktieb ‘Storja tal-Baned’.
(Ritratt L-Kazin ta' l-Ghaqda Muzikali Santa Marija u L-Istatwa Titulari ta' Hal Ghaxaq)